'Nifhmu x'inhu importanti għal kull familja Maltija u Għawdxija' – PM Joseph Muscat | One News

‘Nifhmu x’inhu importanti għal kull familja Maltija u Għawdxija’ – PM Joseph Muscat

Kemm qed nieħu pjaċir f’din il-kampanja indur kull belt u raħal f’Malta u nżur kull komunita biex niltaqa’ man-nies ta’ vera. Jekk ma nifmhux in-nies u l-prijorita ta’ kull familja, ma nistgħux inkunu Gvern tajjeb. Dan il-Gvern qed jasal fid-djar, fil-qlub u fl-imħuħ tan-nies għax nifhmu x’inhu importanti għal kull familja Maltija u Għawdxija. L-għan tagħna huwa li uliedna jkollhom ħajja aħjar minnha. Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat meta kien qed jindirizza attivita politika f’Raħal Ġdid.

Dwar il-paga minima, Dr Muscat sostna li ħaddieħor f’25 sena ħalliha taqa’ lura. Saħaq li bdiet it-triq biex jerġgħu nagħtuha s-saħħa u kien dan il-Gvern li għaqqad l-imsieħba soċjali flimkien u għall-ewwel darba f’aktar minn għoxrin sena rnexxielna nżidu l-paga minima. Sostna li apparti din iż-żieda, rabtu lill kulħadd sabiex kull ħames snin il-paga minima tiġi riveduta. Sostna li b’hekk rbatna idejn ta’ min jiġi warajna illi ma jistax jinsa l-ġustizzja soċjali li hija ħaġa waħda mal-progress ekonomiku. Dr Muscat spjega li saret b’liġi wkoll li ħadd ma jista’ jdum fuq il-paga minima għal iktar minn sena waħda.

“Dan għadhu biss il-bidu. Għandna viżjoni ta’ fejn irridu naslu f’kull qasam fosthom il-paga. L-għan tagħna hu li l-Maltin u l-Għawdxin ikunu sinjuri żgħar. Il-viżjoni hi li l-paga minima tkun paga li tista’ tgħajjex lill-familja u li ħadd ma jkun fuq il-paga minima għax kulħadd jkollu aktar. Dawn huma affarijiet li nistgħu nwettquhom jekk inkomplu ninsistu flimkien għal pajjiżna, jekk nkomplu nġibu x-xogħol għal pajjiżna u li nibqgħu ninsistu li nkabbru l-postijiet tax-xogħol u naħdmu favur pajjiżna,” sostna Dr Muscat.

Dr Muscat tenna li bl-istess mod l-gvern fehem li l-aktar kategorija li għanda bżonn għajnuna fis-soċjeta huma l-pensjonanti. Saħaq li ħaddieħor f’25 sena il-pensjoni ma żidiex ċenteżmu wieħed, filwaqt li aħna erġajna bdejna t-triq li nżiedu l-pensjoni u lill-pensjonanti ntuhom dak li ħaqqhom.

Sostna li bdejna t-triq biex naslu biex il-pensjoni terġa tkun mill-ġdid dik li permezz tagħha l-anzjani tagħna jistgħu jgħixu sura ta’ nies. Sostna li mal-ewwel ċans dan il-Gvern għamel dak li wiegħed u kif ġab l-ekonomija fuq saqajha, l-ewwel nies li bdew jżidu kienu l-pensjonanti u ser ikomplu jżiduhom kull sena li jibqa’ dan il-Gvern.

“Aħna nistgħu nitkellmu dwar il-ġid li għamilna lill pajjiżna. Xogħol u ħidma li ma nagħmluhiex biss meta nkunu fil-Gvern imma nagħmluha kull ħin u mument. Il-ħsieb tagħna jibqa’ li noħolqu l-ġid u l-ġid nqassmuh u jasal għand min l-iktar għandu bżonn,” stqarr Dr Muscat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend