Raġel ta’ 59 sena tressaq il-Qorti mixli li pprova jitlob lil tifel ta’ 14-il sena, favuri sesswali.
Huwa ġie arrestat wara li mar l-isptar Monte Carmeli min jeddu u tkellem dwar dak li kien għamel.
B’hekk il-Maġistrat Audrey Demicoli ordnat li l-akkużat jittieħed Monte Carmeli għal iktar testijiet filwaqt li ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni għall-vittmu u familtu.