84 unit għall-housing soċjali fis-Siġġiewi | One News

Notifiki

84 unit għall-housing soċjali fis-Siġġiewi

Miexi b’ritmu tajjeb ix-xogħol fuq il-bini ta’ erbgħa u tmenin appartament ġdid għall-akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi tant li x-xogħol jinsab sitt ġimgħat qabel l-iskeda.

Fl-aħħar ġimgħat tlestew il-pedamenti u beda xogħol fuq il-bini ta’ mitt garaxx li se jkunu inklużi fil-bini. Il-proett tal-Awtorità tad-Djar qed isir fuq medda art mifruxa fuq aktar minn elfejn u seba’ mitt metru kwadru.

Il-proġett se jinkludi wkoll ċetru għall-ħarsien tat-tfal u shelter għall-anzjani.

F’konferenza tal-aħbarijiet quddiem is-sit, is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li dan il-proġett se joħloq ukoll sens komunitarju.

“Li ċertament se jgħina mhux biss biex inaqqsu l-waiting list, imma wkoll indaħħlu s-sens ta’ komunità”

Dan is-sit, li huwa wieħed minn sittax li fuqhom se jinbnew aktar binjiet ta’ akkomodazjonijiet soċjali, huwa ddisinjat u ppjanati taħt id-direzzjoni tal-Project Plus.

Il-Ministru Konrad Mizzi responsabbli minn Projects Malta qal li l-priorità fi proġetti bħal dawn hi li f’Malta jkollna akkomodazzjoni affordabbli.

“Aħna rridu li n-nies dejjem javvanzaw, li s-social housing tkun hemmhekk bħala għodda, però, meta ma jkollox bżonnha imbgħad tavvanza u tmur għal home ownership. Qed infasslu strateġija biex nassiguraw li dan iseħħ”

Is-Segretarju Parlamentari Galdes innota l-kritika tal-oppożizzjoni dwar il-qasam tal-housing u semma kif kienet l-oppożizzjoni stess li ħolqot burokrazzija żejda biex ixekkel ix-xogħlijiet fis-Siġġiewi.

“Filli Adrian Delia jikkritika l-Gvern għaliex mhux qed ilesti l-proġetti malajr, imma minn banda l-oħra ikun Sindku Nazzjonalista li jagħmel burokrzija żejda, jappella kontinwament anke quddiem il-MEPA biex twaqqaf il-proġett”

Ix-xogħol f’dan is-sit mistenni jkun lest sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend