Id-dwana tinterċetta kontejner ieħor fil-Port Ħieles li kien qed iġorr eluf ta’ żraben tal-futbol foloz.
Dan seħħ wara qabda oħra mid-Dwana ta’ erba’ containers fil-Port Ħieles ukoll b’eluf ta’ ħwejjeġ u blalen tal-futbol foloz.
B’kollox minn dan il-kontejner ġew elevati 5,370 par zarbun tal-futbol falz ta’ ditti rinomati, moħbija wara konsenja ta’ 1,120 tazza tal-plastik.
Fi stqarrija, d-dwana qalet li l-oġġetti kollha maqbuda rriżulta li huma kollha foloz wara li rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpaniji right holders rispettivi, li huma propjetarji tal-marki reġistrati, ikkonfermaw l-illegalita’ ta’ dawn il-konsenji u li tali importazzjoni tikkontravjeni id-dritt tal-propjeta’ intellettwali.
Il-kumpaniji propjetarji tal-marki reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpaniji kontraventriċi f’kull każ.