BIL-FILMAT: David Casa jgħid li Austin Gatt għadda minn martirju | One News

BIL-FILMAT: David Casa jgħid li Austin Gatt għadda minn martirju

Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa ddikjara li l-eks Ministru Nazzjonalista Austin Gatt għadda minn martirju.

Austin Gatt jibqa’ mfakkar għaż-żieda qawwija li daħħal fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-iskandlu tat-tixħim fix-xiri taż-żejt.

F’attività politika tal-Partit Nazzjonalista fil-Belt, Casa żied jgħid li l-ewwel distrett, li tagħmel parti minnu l-lokalità tal-Belt, hu ta’ Austin Gatt li jibqa’ mfakkar ukoll għat-tbatijiet u l-frustrazzjoni kbira li ġab fuq eluf ta’ passiġġieri tal-karozzi tal-linja meta ġab is-servizz tal-Arriva f’Malta.

“Hawn qegħdin distrett li politiċi għaddew minn martirju. Hawn qegħdin fid-distrett ta’ Austin Gatt.”

Għal darba’oħra, David Casa reġa’ qal li huwa determinat u wiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jiġġieled fil-Parlament Ewropew.

“Nistgħu nwegħdukom li se nibqgħu niġġieldu.”

Waqt din l-attività, reġgħu spikkaw l-insulti lejn il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Partit Nazzjonalista mhux se joqgħod kwiet dwar Egrant.

Konferma li minkejja l-inkjesta indipendenti kkonfermat li saret gidba, il-Partit Nazzjonalista se jkompli jirrepeti din il-gibda fil-konfront tal-Prim Ministru.

“Case wide open mhux se noqogħdu kwieti.”

Tul l-attività l-Partit Nazzjonalista reġa’ ma tkellimx dwar il-vizjoni tiegħu għall-pajjizna, iżda għażel li jattakka lill-Prim Ministru.

Kampanja li fiha l-Partit Nazzjonalista qiegħed jagħmel dikjarazzjonijiet surreali.

Bħal viċi kap nazzjonalista Robert Arrigo li qal li dan il-Gvern jagħmel ħafna frejjeġ.

“Dan il-Gvern jagħmel ħafna frejjeġ”

Dan ftit jiem bissa wara li l-Kummissjoni Ewropea qalet li Malta għal darb’oħra se jkollha l-ikbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u surplus ieħor fil-finanzi pubbliċi tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend