Ara lil Simon Schembri juża id bijonika ġdida biex isuq il-mutur | One News

Notifiki

Ara lil Simon Schembri juża id bijonika ġdida biex isuq il-mutur

Is-Surġent Simon Schembri ngħata id bijonika ġdida sabiex ikun jerġa’ jista’ jsuq mutur. Kien il-Ministeru għall-Finanzi li grazzi għall-Good Causes Fund laqa’ t-talba sabiex Schembri ngħata wkoll mutur ġdid tal-għamla BMW apposta għalih.

Dan sar waqt attività li fakkret il-każ serju li fih kien involut Schembri waqt il-qadi ta’ dmirijietu, fil-15 ta’ Mejju 2017. Każ li seta’ swielu ħajtu hekk kif ġarrab 66% diżabilità wara li ttajjar miż-żagħżugħ Liam Debono f’Ħal Luqa.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend