Lara Comi, l-ewroparlamentari Taljan u ħabiba kbira tal-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa bdiet tiġi investigata dwar ħlasijiet irregolari. Comi hija waħda minn għexieren li tinsab investigata dwar dan l-aħħar każ ta’ korruzzjoni fl-Italja.
Il-midja ewlenija Taljana qed tirrapporta bi prominenza kbira li Comi li hija wkoll kandidata għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew qed tiġi akkużata li f’Jannar li għadda rċeviet €31,000 f’pagamenti irregolari mingħand negozjant ewlieni Taljan. L-investigaturi sabu li l-flus għaddew f’żewġ pagamenti ta’ €15,000.
Din ma kinitx l-uniku darba li isem Comi tfaċċa f’investigazzjonijiet dwar każijiet ta’ korruzzjoni. Fil-fatt hija tinsab invesitagata dwar kuntratti ta’ konsulenza li ngħataw lil kumpanija li hija involuta fiha Lara Comi.