Sewwieq ta' mutur jindarab gravi f'inċident f'Birkirkara | One News

Notifiki

Sewwieq ta’ mutur jindarab gravi f’inċident f’Birkirkara

Sewwieq ta’ mutur indarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.

Il-każ seħħ fis-7:00 ta’ dalgħodu fi Triq Dun Gejtano Mannarino, Birkirkara.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li għal xi raġuni kien hemm impatt bejn mutur u vettura. Il-vettura, tal-għamla Honda Accord, kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 71 sena residenti Birkirkara, filwaqt li l-mutur, tal-għamla Piaggio X8, kien qed jinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti Birkirkara ukoll.

Meta seħħ l-inċident, is-sewwieq tal-mutur sofra xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend