L-2018 sena rekord għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta | One News

Notifiki

L-2018 sena rekord għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

L-2018 kienet id-disa’ sena konsekuttiva li fiha nkiser ir-rekord ta’ passiġġieri li għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta – meta mill-Ajruport Malti għaddew 6.8 miljun passiġġier.

Fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, ingħad li d-dħul totali tal-ajruport laħħaq it-92.2 miljun.

Is-sena li għaddiet intlaħqu wkoll profitti rekord ta’ €30.3 miluun li se jippermettu aktar investiment.

L-aktar xahar bieżel għall-ajruport kien Awwissu, u l-inqas Jannar. Ix-xhur kollha tas-sena raw żieda fil-passiġġieri meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

L-aktar hames linji tal-ajru li garrew passiġġieri fl-2018 kienu r-Ryanair, l-Air Malta, l-Easyjet, il-Wizzair u l-Lufthansa rispettivament.

L-aktar suq popolari baqa’ r-Renju Unit, u jsegwuh l-Italja, il-Germanja, Franza u Spanja rispettivament.

It-tbassir tal-ajruport għall-2019 huwa li tkun sena oħra rekord fil-moviment tal-passiġġieri, bil-mira hi li din is-sena jgħaddu mit-terminal tal-ajruport 7.2 miljun passiġġier.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend