Kien proprju lbieraħ li beda l-Eurovision Song Contest f’Tel Aviv bl-ewwel semi finali fejn waqtu kkwalifikaw għaxar pajjiżi li se jkunu qed jieħdu sehem fil-finali tas-Sibt li ġej.
Il-pajjiż li kkwalifikaw huma l-Greċja, il-Belarus, is-Serbja, Ċipru, l-Estonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Awstralja, l-Islanda, San Marino u l-Islovenja.
Is-seba’ pajjiżi li ma kkwalifikawx waqt dan is-semi-finali huma l-Montenegro, il-Finlandja, il-Polonja, l-Ungerija, il-Belġju, il-Ġorġja u l-Portugall.
Malta se tkun qed tieħu sehem fit-tieni semi-finali li se jittella’ l-Ħamis li ġej fejn il-kantanta żagħżugħa, Michela Pace, se tkun qed tirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta Chameleon.
Il-finali tal-Eurovision mbad se jkun qed jittella’ s-Sibt li ġej fejn hemm kull pajjiż li għadda miż-żewġ semi-finali, kif ukoll dawk il-pajjiżi li kkwalifikaw awtomatikament – li huma Franza, l-Ingilterra, il-Ġermanja, Spanja u l-Italja flimkien mal-pajjiż li jkun rebaħ il-Eurovision is-sena ta’ qabel li f’dan il-każ hi l-Iżrael.
Ritratt: ESC