Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija fakkar lil dawk il-votanti li jixtiequ jivvutaw nhar is-Sibt minflok fil-25 ta’ Mejju, 2019, minħabba każijiet ta’ safar jew sptar, li jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Kumpless tal-Għadd tal-Voti, fin-Naxxar jew fi 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, biex jieħdu l-ġurament stipulat. Il-ħinijiet huma:
L-Erbgħa 15 u l-Ħamis 16 ta’ Mejju:
mit-8.00 a.m. sas-1.30 p.m. u mit-3.00 p.m. sat-7.00 p.m.
Il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju (l-aħħar nofstanhar):
mit-8.00 a.m. sa nofsinhar.
Kull applikant għandu jieħu l-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.
Il-Kummissjoni Elettorali tavża lill-votanti li jikkwalifikaw biex jivvotaw fit-18 ta’ Mejju li jrid ikollhom id-dokument/i tal-vot u li dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk il-votanti rreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali tal-Gvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.