Ħabs għal żagħżugħ li nqabad jittraffika d-droga | One News

Notifiki

Ħabs għal żagħżugħ li nqabad jittraffika d-droga

Erbgħatax-il xahar ħabs għal żagħżugħ ta’ 27 sena wara li fil-Qorti nstab ħati b’pussess u traffikar tad-drogi raża tal-kannabis, kannabis kif ukoll kokajina. Il-każ seħħ fit-28 ta’ Marzu li għadda meta l-pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga għamlu tfittxija f’appartament f’San Pawl il-Baħar.
Fi stqarrija li ta lill-pulizija, l-imputat ammetta li minn Diċembru tas-sena l-oħra sa ma nqabad kien ibiegħ id-droga lil ħmistax-il persuna. Apparti l-priġunerija, l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli immultatu elfejn mitejn u ħamsin ewro. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Anthony Tabone.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend