Adrian Delia jgħid li l-Prim Ministru tilef il-kontroll tal-pajjiż u l-ekonomija | One News

Adrian Delia jgħid li l-Prim Ministru tilef il-kontroll tal-pajjiż u l-ekonomija

Joseph Muscat tilef il-kontroll tal-pajjiz u tal-ekonomija.

Hekk iddikjara l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia meta indirizza lill-partitarji nazzjonalisti fl-Imsida, it-Tlieta filgħaxija.

Fil-paniku li jinsab fih il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, nieqes mill-vizjoni tiegħu għal pajjiz, infexx jattakka lill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Tul it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat pajjiżna għadda minn defiċit għal surplus u Malta għandha fost l-inqas rati ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea.

Fit-tbassir Ekonomiku għar-Rebbiegħa, il-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li din is-sena l-ekonomija Maltija se tirreġistra l-akbar tkabbir fost l-ekonomiji kollha tal-pajjiżi Ewropej.

Adrian Delia reġa’ kien isteriku. Irrabjat mhux ftit għax anki l-qorti kostituzzjonali ma tagħtux raġun dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant u ċaħdet it-talbiet kollha li għamel.

Madankollu Adrian Delia m’aċċettax id-deċizzjoni tal-qorti u beda jirreferi għaliha daqslikieku rebaħ il-kawża kontra l-Avukat Ġenerali.

B’reazzjoni, il-Partit Laburista staqsa x’inhi r-raġuni li għaliha se jappella mis-sentenza meta qed jgħid li għandu raġun.

Qal li dwar Egrant Adrian Delia għandu problema ikbar milli kellu meta ried ikeċċi lil Simon Busuttil. Innota li biex iżomm postu fil-Partit Nazzjonalista, Delia għamel tiegħu, il-frame up Egrant u daħal fi sqaq li ma jistax joħroġ minnu.

Quddiem dan kollu Adrian Delia jinsab f’Paniku.

Adrian Delira reġa’ kien isteriku u uża ton aggressiv. Infexx jgħajjat u tilifha bosta drabi, tant li qed jagħmel storbju fuq ix-xejn dwar suġġetti li m’hemmx kontroversja dwarhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend