Taljan ta’ erbgħa u erbgħin sena li kien qed isuq mutur sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll fi Triq il-Vittmi Furjaniżi tal-Gwerra, il-Furjana. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u għoxrin ta’ dalgħodu meta t-Taljan li huwa residenti Raħal Ġdid tilef il-kontrol u waqa’ minn fuq il-mutur tal-għamla Biaggio Beverly.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.