Wara li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia tilef il-kawża li fetaħ lill-Avukat Ġenerali biex jiġi ppubblikat ir-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant, Delia ddikjara li mhu se jitlob l-ebda apoloġija lill-poplu Malti għar-riperkuzzjonijiet li ġabet fuq pajjiżna l-gidba Egrant.
Miegħu ngħaqad ukoll l-ex Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u talab lill-Prim Ministru sabiex jieqaf jagħmilha tal-vittma dwar il-gidba Egrant.