Id-Dwana b’qabda ta’ 19,000 ballun u 21,000 libsa b’ditti foloz – One News

Notifiki

Id-Dwana b’qabda ta’ 19,000 ballun u 21,000 libsa b’ditti foloz

Matul l-aħħar ġimgħat Uffiċjali tad-Dwana mit-Taqsima tal-Propjeta’ Intellettwali nterċettaw erba’ containersoħra li kienu qed iġorru eluf ta’ oġġetti tal-kuntrabandu kontrafatti (foloz) fosthom aktar minn 21,000 lbies falz ta’ diversi ditti kif wkoll 19,356 ballun tal-football b’ditti foloz.

F’din il-ħidma kien hemm koordinament sħiħ bejn it-Taqsimiet tal-Propjeta’ Intelletwali tad-Dwana, il-Container Monitoring Unit u l-iScanning Team. L-oġġetti kollha maqbuda rriżulta li huma kollha kontrafatti wara li  rappreżentanti legali f’Malta tal-kumpanijiright holders rispettivi, li huma propjetarji tal-marki reġistrati (trademarks), ikkonfermaw l-illegalita’ ta’ dawn il-konsenji, u kkonfermaw ukoll li tali importazzjoni tikkontravjeni id-dritt tal-propjeta’ intellettwali. Il-kumpaniji propjetarji tal-marki reġistrati mistennija jippreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-kumpaniji kontraventriċi f’kull każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend