Terġa tinfetaħ l-inkjesta fl-Isvezja dwar allegazzjonijiet ta' stupru fil-konfront ta' Julian Assange | One News

Notifiki

Terġa tinfetaħ l-inkjesta fl-Isvezja dwar allegazzjonijiet ta’ stupru fil-konfront ta’ Julian Assange

Il-Prosekuturi Svediżi fetħu mill-ġdid l-investigazzjoni b’rabta mal-allegazzjonijiet ta’ stupru kontra l-ko-fundatur ta’ Wikileaks Julian Assange.

L-inkjesta reġgħet infetħet wara talva li saret mill-avukat tal-allegat vittma.

Assange, li ċaħad dawn l-akkużi, evita milli jiġi estradit lejn l-Iżvezja għal seba’ snin wara li fittex refuġju fl-ambaxxata tal-Ekwador f’Londra lura fl-2012.

Kien proprju x-xahar li għadda li ngħata 50 ġimgħa ħabs wara li kiser il-kundizzjonijiet tal-bail.

Assange bħalissa qed jinżamm f’ħabs f’Londra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend