Raġel ta’ 50 sena mill-Marsa u li joqgħod il-Belt ġie arrestat mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga. Dan wara li fl-aħħar jiem ġie osservat ibigħ droga sintetika lil diversi persuni quddiem stabbiliment fi Triq Nicolò Isouard, il-Marsa.
Fil-pussess tal-istess raġel instabu diversi qratas bl-istess sustanza fihom lesti għall-bejgħ, flimkien ma’ ammont ta’ boroż żgħar tal-plastik vojta u ammont ta’ flus.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għahom għaddejjin, u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, u se jkun akkużat b’pussess aggravat u traffikat tad-droga sintetika u li huwa riċediv.