MEP qrib il-PN b'allegazzjonijiet serji fuq rasha | One News

Notifiki

MEP qrib il-PN b’allegazzjonijiet serji fuq rasha

Sophia in’t Veld, membru Olandiża tal-Parlament Ewropew u ħabiba tal-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola, qed taffaċċja allegazzjonijiet li ħadet benefiċċji li ma kinitx intitolata għalihom.

Veld qed tiġi kkritikata li fl-aħħar snin ingħatat benefiċċji li jammontaw għal eluf ta’ ewro għal spejjeż ta’ akkomodazzjoni li ma għamlitx b’rabta ma’ żjajjar fi Brussell u Strasburgu.

Dan hekk kif Veld tgħix b’mod permanenti fi Brussell stess.

Żvelat dan gazzetta Olandiża u l-każ ġie rrapportat bi prominenza fis-sit influwenti Politico.

Veld hija waħda minn ta’ quddiem li timbotta allegazzjonijiet kontra Malta frott il-ħidma kontra pajjiżna minn MEP’s Nazzjonalisti.

F’Settembru li għadda Veld ġiet Malta flimkien ma’ diversi membri parlamentari Ewropej f’pajjiżna dwar is-saltna tad-dritt.

Il-gazzetta Olandiża HP De Tijd irrapportat li matul is-sena li għaddiet Veld irċiviet benefiċċju ta’ kważi €28,000 ewro fi spejjeż ta’ lukandi. Rifużjoni li tingħata kemm-il darba il-membri parlamentari ewropej jattendu għal laqgħat.

Il-ġurnal Olandiż qal li jekk Veld għamlet dan għall kull sena li ilha fil-Parlament Ewropew, jiġifieri mill-2004, it-total jaqbeż sew l-€400,000.

B’reazzjoni, Veld qalet li dawn il-flus jingħataw mingħajr akkontabilità u li minkejja li ilha toqgħod fi Brussell mill-1994, xorta jkollha spejjeż ta’ akkomodazzjoni u sostniet li s-sitwazzjoni tagħha mhix differenti minn kollegi tagħha.

Iżda l-proċedura tal-Parlament Ewropew tgħid ċar li dawn il-fondi huma għal spejjeż li jsiru fi Brussell jew Strasburgu.

Il-ġurnal Olandiż indika li l-ispejjeż li għamlet Veld fl-Olanda tħallsu minn benefiċċju separat u fiss ta’ iżjed minn €4,000. Fil-fatt il-ġurnal qal li dan huwa differenti mid-dikjarazzjoni li għamlet l-MEP Olandiża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend