Raġel ta’ sebgħa u ħamsin sena minn Ħ’Attard indarab gravi wara li ġarrab ġrieħi gravi f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Kappella ta’ Santa Marija fin-Naxxar.
Il-każ seħħ għal ħabta tat-tlieta u nofs ta’ wara nofsinhar meta bieba ta’ trakk waqgħat fuq il-vittma.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Aktar stħarriġ dwar dan il-każ għadu għaddej.