232 flixkun tax-xorb alkoħoliku ġew issekwestrati mid-Dwana wara li nstabu mingħajr it-tabella tas-sisa.
Din is-sejba saret meta l-uffiċjali kienu qed iwettqu numru ta’ tfittxijiet fil-Gżira, Paceville, Fgura, Bugibba x-Xemxija.
Instabu wkoll numru ta’ tabelli tas-sisa mhux użati li ġew elevati.
Is-sejba ta’ dawn il-fliexken hija parti mill-ħidma tad-Dwana sabiex jitwaqqfu l-bejgħ ta’ xorb u spirti mingħajr tabelli tas-sisa, u b’hekk jitħallsu t-taxxi meħtieġa.