B’investiment ta’ €3.5 miljun ewro il-kumpanija Pharmadox ser tespandi l-operat tagħha b’bini ta’ impjant ġdid. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li għaliha attendew il-Ministru tal-Ekonomija, l-Investiment u Intrapriżi Żghar Chris Cardona akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur Deo Debattista.
Din il-kumpanija li hija intiza fil-farmaċewtika tħaddem mat-80 ħaddiem u l’quddiem bi ħsiebha tkompli timpjega aktar nies ggradwati fix-xjenza jew farmaċija. Tul is-snin il-kumpanija kibret b’tali mod li minn klinika b’erba’ minn nies u li minnha kienu kienu jipproduċu tmien batches fis-sena illum il-ġurnata jipproduċu aktar minn 500 batch fix-xahar.
Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista fisser is-suċċess ta’ din il-kumpanija bħala waħda ta’ suċċess li espandiet b’mod esklussiv. Huwa semma kif is-suq preżenti huwa għatxan għall-ispiżjara tant li jeħtieġ 200 spizjar ġdid f’dan is-settur li kulma jmur qiegħed dejjem jikber. Min-naħa l-oħra l-Ministru Cardona semma kif is-success ta’ din kumpanija huwa riflessjoni tal-progress li qed jagħmel pajjiżna.