Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura l-uffiċji l-ġodda tal-kumpanija Chiliz Blockchain Campus fil-Gżira.
B’investiment ta’ madwar €50 miljun f’pajjiżna, din il-kumpanija taħdem fil-qasam tal-futbol internazzjonali u tispeċjalizza f’dak li jissejjaħ tokening.
Chiliz ilha topera f’pajjizna erbatax-il sena u tmintax-il xahar ilu ħadet id-deċiżjoni li teqleb għat-teknoloġiji blockchain. Din il-kumpanija qed tispeċjalizza f’teknoloġiji bħal tokening li jistgħu jintużaw fil-futbol.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Chiliz Alex Dreyfus spjega kif permezz tal-blockchain wieħed jista jixtri tokens f’diversi klabbs tal-futbol u jkun jista’ jipparteċipa f’deċiżjonijiet li jieħu l-klabb.
Preżentament Chiliz għandha ftehim mal-Juventus, PSG u West Ham United.
“We are helping football teams like Juventus, PSG and all of these teams to engage their fans globally. Concretely it means that a fan of Juve here in Malta will be able to buy what we call tokens that give you a right to vote on some decisions of the club,” saħaq is-Sur Dreyfus.
Spjega li permezz ta’ din il-kumpanija li timpjega madwar ħamsin ruħ qed jissaħħaħ il-kuntatt bejn il-klabb u l-partitarji.
“We use the tech not to change the world or to make new payments. Its to engage with the fans globally,” kompla jgħid is-Sur Dreyfus.
Dreyfus ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se jiżdiedu l-ammont ta’ timijiet msieħba ma’ Chiliz.
“We’re gonna announce in the next few weeks more teams in Spain, UK and Italy so we’re gonna have more or less 10 teams when we launch the app. There’s gonna be a mobile app that will be launched this summer in a world premiere in Malta,” spjega l-Kap Eżekuttiv.
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri saħaq li dan l-investiment qed joffri pjattaforma sabiex iżjed kumpaniji tal-blockchain ikunu jistgħu jimirħu f’pajjiżna.
“Eventwalment dan ħa jkun qed iservi wkoll sabiex jilqa’ kumpaniji oħra tas-settur tal-blockchain li joperaw hawnhekk li jaħdmu fuq ekosistema sħiħa imbgħad jiġifieri jaffettwaw is-settur tas-servizzi finanzjarji, tal-loġistika u ħafna setturi oħrajn,” sostna Schembri.
Schembri sostna li dan is-settur qed jissaħħaħ ukoll hekk kif l-MFSA qed tipproċessa applikazzjonijiet għal banek li se jaħdmu fis-settur tal-blockchain.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega kif fl-aħħar snin il-gvern kien fuq quddiem sabiex jinħolqu setturi ġodda fl-ekonomija u l-blockchain u li dawn joħolqu impjiegi ta’ kwalità. Spjega kif Chiliz hija eżempju qawwi ta’ dan.