Biex isaħħah u jinċentiva produzzjonijiet lokali, il-Gvern irdoppja l-Film Fund, biex minflok €300,000 issa se jintqassmu €600,000.
Ħabbar dan il-Ministru ghat-Turiżmu Konrad Mizzi li nnota kif produzzjonijiet Maltin qed jogħlew fil-kwalità tant li jikkompetu u jmorru tajjeb f’kompetizzjonijiet internazzjonali. Għaldaqstant il-Gvern ħass li kellu jżid l-appoġġ tiegħu favur it-talent Malti.
Barra minn hekk innota kif il-Gvern qed ikompli jżid l-appoġġ tiegħu lill-Kummissjoni għall-Films, fosthom bir-riġenerazzjoni tal-istudios tal-films, u t-toroq tal-madwar.
Flimkien mal-Kummissarju ghall-Films, Johann Grech innota kif bejn Mejju u Ġunju pajjiżna se jilqa’ tliet produzzjonijiet internazzjonali, li jixhed il-livell ta’ faċilitajiet li qed joffri f’pajjiżna f’dan is-suq.