Tliet irġiel jisparaw fuq lukanda lussuża fil-Pakistan u joqtlu persuna – One News

Notifiki

Tliet irġiel jisparaw fuq lukanda lussuża fil-Pakistan u joqtlu persuna

Persuna tilfet ħajjitha wara sensiela ta’ sparaturi min tliet irġiel fuq lukanda lussuża fil-provinċja ta’ Balochistan fil-Pakistan.

Jidher li l-attakk kien ippjanat li jsir fuq żona lussuża fil-Pakistan li nzertat kienet punt ta’ ffukar għal proġett Ċiniż li jrendi l-biljuni.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-unika raġuni għaliex ma kienx hemm aktar fatalitajiet kien il-fatt li ftit kien hemm turisti u imġjegati fil-lukanda waqt il-ħin tal-attakk minħabba r-Ramadan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend