Jum l-omm huwa l-kum li fih niftakru fl-għeżież ommijiet tagħna kemm dawk li għadhom magħna kif ukoll dawk li ħallewna. F’Malta dan il-jum ifisser ħafna għall-familja Maltin u Għawdxin.
Jum l-Omm kif nafuh illum beda jiġi ċċelebrat fl-1908 meta Anna Jarvis iddeċidiet li tagħmel quddies għal ommha fil-Knisja Metodista ta’ Sant’ Andrija f’West Virginia tant li din il-knisja hija s-santwarju internazzjonali ddedikat lil omm.
Anna Jarvis bdiet tagħmel kampanja biex dan il-jum ikun iċċelebrat fl-Amerka fl-1905 meta mietet ommha. Hi kienet temmen li l-omm hija l-persuna li tagħmel għalik iżjed minn kull persuna li teżisti fid-dinja.
ONE News jawgura l-isbaħ xewqat lill-ommijiet kollha u jsellem il-memorja ta’ dawk li ħallewna.