“Ma nħossnix komdu taħt it-tmexxija tiegħu.”
Dan qalu bla tlaqliq il-kunsillier Nazzjonalista fil-Kunsill Lokali tas-Swieqi Mauro Miceli.
Il-gazzetta Kullħadd fissret kif Miceli għamel pubblika r-raġuni għalfejn mhux se jkun fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet li ġejjin.
Minkejja dan, l-elezzjoni għal kap ġdid tal-partit qal li naqqritlu l-fiduċja u r-rispett li kellu lejn il-Partit Nazzjonalista.
Dan għaliex fi kliemu, kien hemm diversi allegazzjonijiet iduru madwar Adrian Delia li iżda bl-ebda mod ma ndirizzahom.
Miceli mhuwiex l-uniku wieħed b’dawn is-sentimenti saħansitra hemm deputati tal-Parlament li jaħsbu l-istess.
Hemm ukoll diversi oħra li jkollhom jibqgħu mdawrin miegħu għad-dehra biex ma jiġux imwarrba fil-ġenb mill-klikka t’ Delia kif ġralhom tal-Mzpn.
Dan kollu huwa prova oħra ċara li l-għajjat ta’ Delia dwar l-għaqda mhuwa xejn ħlief kliem mibni fuq id-duħħan.