Jinqerdu bin-nar żewġ karozzi f’Buġibba – One News

Notifiki

Jinqerdu bin-nar żewġ karozzi f’Buġibba

Ilbieraħ 11 ta’ Mejju 2019 għall-ħabta tal-4.00 ta’ filgħodu qabdu żewġ vetturi fi Triq is-Sajjied f’Buġibba.

Karozza tat-tip BMW u oħra tat-tip Smart inqerdu għal kollox.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili kif ukoll tal-pulizija.
Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend