24 minn 70 travu li ser jiffurmaw l-ewwel flyover tal-proġett tal-Marsa Junction waslu fil-Port il-Kbir.
Dawn it-travi tal-konkos jiżnu mas-sitta u tletin tunnelata kull wieħed u huma twal 26 metru.
Ħabbar dan il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borġ hekk kif spjega li x-xogħol għaddej b’ritmu mgħaġġel.
Il-bqija tat-travi li ser jintużaw għal dan il-proġett u għal proġetti oħra ser ikunu qed jinħadmu Malta, f’impjant li qed jintrama apposta fis-sit tal-proġett.
Intant it-travi fit-tond, magħmula mill-azzar u li ser jintużaw għat-tieni flyover ser ikunu qed jinħaddmu fit-Turkija u mistennija jaslu Malta fix-xhur li ġejjin.
Il-Ministru Borġ spjega wkoll li dawn it-travi issa ser jitpoġġew fuq l-erbatax-il kolonna mill-iktar fis possibli sabiex dan il-proġett jitlesta fl-inqas żmien possibbli.