ARA: Inawgurat dog Park fil-foss ta' Ħaż Żabbar | One News

Notifiki

ARA: Inawgurat dog Park fil-foss ta’ Ħaż Żabbar

Dalgħodu ġie inawgurat id-dog Park fil-foss ta’ Ħaż Żabbar b’ investiment ta’ €80,000 mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż Żabbar.

Wara li saru diversi proġetti ta’ tisbiħ fil-lokalità, fosthom il-bel vedere u l-bandli, kien imiss li jsir proġett ieħor mixtieq mir-residenti Żabbarin. Il-park sar f’art abbandunata fil-foss li ngħatat lill-Kunsill mill-Gvern biex tiġi utilizzata bħala spazju miftuħ għal persuni li għandhom l-akbar ħabib tal-bniedem bħala Pet.

Dan il-ġnien jinkludi fih apparat fejn il-klieb jistgħu jagħmlu eżerċizzju fiżiku f’ambjent ikkontrollat filwaqt li jservi wkoll bħala spazju ta’ mistrieħ għal dawk li jieħdu l-klieb tagħhom fil-park.

Wara ġimgħa kkaraterizzata minn aħbarijiet ta’ spazji miftuħa, il-Ministru għall-Infrastruttura, Ian Borg, qal li dawn il-proġetti ma kienux ikunu possibbli li kieku l-ekonomija ta’ pajjiżna mhux b’saħħitha. Huwa qal li issa l-familji Maltin se jkollok diversi spazju miftuħa għar-rikreazzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri, qal li l-Gvern nieda skema ta’ fondi biex kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex jagħmlu proġetti fosthom dog parks u cat cafè. Il-proġett f’Ħaż Żabbar jixhed kif issa li l-Kunsilli Lokali tnaqqsitilhom ir-responsabilità tat-toroq ser ikollhom ukoll aktar fondi għal proġetti simili.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Silvio Parnis, semma kif għal bosta familji Maltin, l-annimali huwa parti integrali fil-familja u huma priorità. B’hekk, issa li l-Gvern ta’ aktar għodda lill-kunsilli okali, l-istess kunsilli jistgħu joffru servizzi ta’ eċċellenza lill-komunitajiet li jirrapreżentaw.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend