36 siegħa wara li ġie żvelat vot ieħor kontra l-interess ta’ Malta mit-3 ewroparlamentari Nazzjonalisti fil-Parlament Ewropew, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ jiddefendihom u jfaħħrilhom xogħolhom.
Fl-aħħar sigħat, ġie żvelat li fis-26 ta’ Marzu li għadda, David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech ivvutaw kontra s-sistema ta’ tassazzjoni f’pajjiżna.
Vot kontra l-prinċipji sagrosanti għal Malta tal-unanimità u s-sovranità fis-sistema tat-taxxa Maltija u li bih heddew l-impjieg ta’ eluf ta’ Maltin u l-ekonomija Maltija.
F’diskors ta’ nofs siegħa, b’Casa, Metsola u Zammit Dimech warajh, Adrian Delia qal li dawn it-tliet ewroparlamentari huma b’saħħithom fl-ewropa u faħħrilhom xogħolhom.
“David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech, illi minn hawn insellmilhom.”
“Għandhom ir-rieda , għandhom il-kuraġġ għandhom is-saħħa li jmorru l-Ewropa.”
F’attivita politika fil-Mellieħa, wara li temm id-diskors, Adrian Delia mar mill-ewwel jieħu b’idejn David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit.
Tlett ewroparlamentari nazzjonalisti li f’dawn l-aħħar ħames snin ma tilfux okkażjoni waħda biex jaħdmu kontra l-interess ta’ Malta u jħammġu isem pajjiżna.
Adrian Delia qal li huwa d-dmir tal-elettorat sabiex fil-25 ta’ Mejju joħroġ jivvota, u jivvota għal dawn l-Ewroparlamentari Nazzjonalisti, sabiex skont Delia ikomplu bir-responsabbilita tagħhom fl-Ewropa.
“Għandkom dmir mhux toqgħod dar u tgergru għax intom għandkhom responsabillità bħalhom , magħhom.”
Ma kienx biss Adrian Delia li ħareġ għonqu għall-ewroparlamentari nazzjonalisti izda anki d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
“3 MEPS insellimilhom , tax xoghol , impenn u tad determinazzjoni.”
F’dagħdidgħa negattiva, Adrian Delia qal li l-ekonomija mhix qiegħda tikber.
“L-ekonomija li qiegħda tikber imma meta tinżel qalb in-nies tinduna li mhu qeda tikber xejn.”
Izda l-Kummissjoni Ewropea ixejjen id-dikjarazzjoni ta’ Adrian Delia tant li fit-tbassir Ekonomiku għar-Rebbiegħa, qed tbassar li din is-sena l-ekonomija Maltija se tirreġistra l-akbar tkabbir fost l-ekonomiji kollha tal-pajjiżi Ewropej.
Fl-attività politika tal-Ħadd, il-partit Nazzjonalista reġa’ ma tkellimx dwar il-viżjoni tiegħu.
Bil-Kandidat nazzjonalista Frank Psaila spiċċa jikkwota l-innu nazzjonalista.
“Ejjew nazzjonalisti ejjew bl-eluf minn tagħkom.”
Fi stqarrija l-Partit Labruista qal li Adrian Delia spiċċawlu l-argumenti, jekk qatt xi darba kellu, u spiċċa jivvinta kwistjonijiet li ma jeżistux. Qal li l-prijorità tiegħu tibqa’ biss li jsalva ġildu.
Il-Partit Labruista qal li L-għażla fil-25 ta’ Mejju hi bejn Joseph Muscat u Adrian Delia u fejn iridu jieħdu lil pajjiż.