BIL-FILMAT: Casa jaħbi lil Comi wara li nkixef | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Casa jaħbi lil Comi wara li nkixef

Matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda, l-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa ħassar l-endorsement li għamlitlu l-ewroparlamentari Taljana u ħabiba personali Lara Comi, li llum hi involuta fi skandlu li qed jiddomina l-midja Taljana.

Żvelat dan il-gazetta Kulħadd.

Fid-dibattitu f’Xarabank fuq l-istazzjon nazzjonali, Casa inkixef kif hu midħla sew ta’ min għandu tbajja’ kbar fuqu ta’ ħmieġ, fl-istess ħin li f’Malta jiġi jitkellem fuq is-saltna tad-dritt.

Lara Comi, hi membru tal-Parlament Ewropew Taljan u membru tal-Partit Forza Italia ta’ Silvio Berlusconi. David Casa kien ġabha Malta tgħallimna fuq ir-rule of law u kontinwament kien juża l-endorsemnts tagħha fuq il-midja soċjali. Dan filwaqt li biex ipatti, hu tkellem għall-avvenimenti tagħha fl-Italja.

Fl-imgħoddi Comi diġà kellha mdendla fuqha każi li juru kif ma tantx tista’ tagħti lezzjonijiet fuq ir-rule of law u fl-aħħar sigħat faqqa każ serju ieħor li hi fil-qalba tiegħu.

L-ewroparlamentari tal-Partit Laburista Alfred Sant, affaċċja lil Casa b’dan meta kienu qed jiddibattu f’Xarabank, b’Casa deher mifxul hekk kif għal darb’oħra l-kredibbiltà tiegħu ħadet daqqa ’l isfel.

Kumpaniji ta’ Comi jinsabu f’nofs investigazzjoni tal-pulizija Taljana, anke jekk hi qed tiċħad li involuta b’xi mod f’dan il-każ ta’ ftehimiet fuq tpartit ta’ ħatriet u konsulenzi li jlaħħqu flejjes kbar.

Tant hu serju l-każ li b’rabta miegħu diġà kien hemm l-arrest ta’ 43 persuna. Lara Comi ssemmiet f’konverżazzjonijiet li għandha l-pulizija Taljana b’nies protagonisti jistaqsu fiex waslu l-ftehimiet li fihom kellha x’taqsam hi.

Meta kien f’Xarabank David Casa ma lissinx kelma waħda kontra min jinsab fil-qalba ta’ dan l-iskandlu u Alfred Sant fakkru li sa issa qed jieħu pjaċir bil-filmat tagħha fuq Facebook tagħmillu l-endorsements u saħansitra teħodlu r-ritratti fil-Parlament Ewropew meta kien qed jitkellem kontra pajjiżna. Filmat li issa neħħa.

Lara Comi hija wkoll ħabiba ħafna ta’ Simon Busuttil u kienet fost numru ta’ MEPs maqbuda fi skandlu ta’ ħlasijiet. Tant li kellha trodd lura mija sitta u għoxrin elf ewro. Bħalha, għandu allegazzjonijiet serji David Casa fejn whistleblower tkellem dwar kif qed juża l-flus tal-Parlament Ewropew għat-tħaddim tal-uffiċċju u l-impjegati biex idaħħal kemxa tajba.

Eks impjegat tiegħu sostna li l-MEP Nazzjonalista allegatament alloka aktar minn €100,000 f’paga għalih mingħajr qatt ma jirċievi l-ammont kollu.

Dan hekk kif huwa jistqarr li fl-2009 daħħal biss bejn ħamsa u tlettin elf ewro u erbgħin elf ewro bil-bqija tal-flus baqgħu miżmuma fl-uffiċċju ta’ Casa.

Whistleblower ukoll tkellem dwar l-użu u t-tixrid ta’ droga mingħand David Casa li affaċċjat minn dawn l-akkużi serji qatt ma talab investigazzjoni dwaru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend