Il-komunita taż-Żejtun tat merħba mill-isbaħ lill-President George Vella u s-Sinjura tiegħu minn nies u organizzazzjonijiet oħra taż-Żejtun, raħal twelidu.
Dan fl-ewwel żjara tiegħu minn meta nħatar bħala l-10 President ta’ Malta.
Rappreżentanti mill-Kunsill Lokali u organizzazzjonijiet oħra kellhom iċ-ċans li jiltaqgħu u jitħadtu mal-President f’atmosfera trankwilla.
Fi sfond ta’ marċi ferrieħa, il-President u s-Sinjura Vella ppassiġġaw tul it-toroq ta’ raħal li fih għexu l-isbaħ mumenti ta’ ħajjithom.
In-nies ħarġet bi ħġarha sabiex tagħti merħba lil ġentlom li dejjem sabu wens fih, kemm bħala tabib, kif ukoll bħala politiku li dejjem ħaddan prinċipji sodi.