Il-Partit Nazzjonalista kien kostrett ineħħi filmat ta’ xandira minn fuq Facebook ta’ wieħed mill-iktar diskorsi aggressivi li kellu l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Is-Sibt filgħaxija l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia indirizza liz-zgħazagħ tal-Partit Nazzjonalista f’Tas-Sliema.
L-attività xxandret live fuq Facebook fit-tmienja u nofs ta’ filgħaxija, izda malli ntemmet, l-istrateġisti tal-Partit Nazzjonalista kienu kostretti jneħħu l-filmat minn fuq il-paġna tal-partit nazzjonalista fuq Facebook.
Filfatt, il-Malta Today ukoll irrappurtat li l-Partit Nazzjonalista neħħa l-filmat ta’ din l-attivita li kellu Delia maz-zgħazagħ.
L-attivita xxandret ukoll fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista. B’One News irnexxielu jirrekordja din l-attività minn fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista.
L-ewwel ħaġa li qal liz-zgħazagħ Adrian Delia kienet li ma jimpurtahom minn xejn. Delia qal liz-zghazagh ma jimpurtahomx mill-politika u l-politici, u ma jimpurtahom minn xejn.
“I feel that youngsters are not engage, they don’t care about politicians , I wonder what they care about.”
Liz-żgħażagħ, Adrian Delia, qalilhom li mar ikellimhom irrabjat.
“Jien ġejt hawn irrabjat illum.”
F’daqqa waħda Adrian Delia beda jgħajjat – Panic Panic.
“Panic , Panic, just panic.”
Adrian Delia b’ton agressiv beda jgħid diskors li m’jagħmilx sens. Qal li f’dan il-pajjiz qegħdin nagħtu d-drittijiet lir-robots.
“Iridu nagħtu d-drittijiet lir-robots.”
L-unika filmat li nstab minn din l-attività ta’ Adrian Delia kien ta’ esponent nazzjonalista. B’Delia jgħid liz-zgħazagħ biex joħorġu l-mobiles.
“Oħorġu l-mobile guys …”
Izda dan il-filmat ta’ esponent nazzjonalista tneħħa wkoll ftit wara.
Wara li l-istrateġisti tal-Partit Nazzjonalista neħħew kull filmat ta’ din l-attività, Adrian Delia fuq il-paġna ta’ instagram ħalla biss filmat ta’ ftit sekondi biz-zgħazagħ jgħajtu kunjomu.