Sewwieq Malti f’Santa Pod – One News

Notifiki

Sewwieq Malti f’Santa Pod

Rosello Cassar, sewwieq popolari tad-Drag Racing li din is-sena qiegħed jiċċelebra għoxrin sena ta’ sewqan f’dan l-isport permezz tal-Escort Mk1 tiegħu, jinsab f’Santa Pod fl-Ingilterra fejn bejn is-17 u id-19 ta Mejju ser jkun qiegħed jikkompeti f’avveniment bl-isem ta Doorslammers.Doorslammers huwa avveniment li kien popolari mmens fis-sebgħinijiet u fit-tmeninijiet proprju fl-istess trakka ta Santa Pod. Ftit tas-snin ilu reġa’ beda dan l-avveniment, b’format ġdid, ikbar u malajr sar aktar popolari billi attira ħafna sewwieqa.

Apparti Rosello Cassar ser jkun hemm ukoll sewwieq Malti ieħor Paul Fenech li ser isuq karozza Escort ukoll, din d-darba ta Andy Harris.

Kemm Rosello Cassar u Paul Fenech, huma membri tal-Malta Drag Racing Association u sewwieqa regolari u ta suċċess ġewwa t-trakka tal-kwart ta’ mil f’Ħal Far

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend