Raġel, li għadu ma ġiex identifikat, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn vettura fil-Marsa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-17:30 fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li raġel, x’aktarx barrani li għadu ma ġiex identifikat, intlaqat minn vettura tal-għamla Chevrolet Kalos, misjuqa minn raġel ta’ 38 sena, residenti l-Belt Valletta.
Tim mediku assista lir-raġel fuq il -post tal-inċident u aktar tard ittieħed permezz t’ambulanza fl-Isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. S. Grech LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar iż-żewġ inċidenti għadhom għaddejjin.