L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista vvotaw kontra klawsoli li jsaħħu l-pożizzjoni ta’ Malta u vvotaw favur oħrajn li jdgħajfu l-pożizzjoni ta’ pajjiżna.
Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista fejn qal li għalhekk heddew l-impjiegi ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Inutli jgħidu x’għamlu fl-aħħar tar-rapport ladarba bil-vot tagħhom waslu biex dak ir-rapport kien ħażin għal pajjiżna.
Il-PL qal li kienu l-MEPs tal-Partit Laburista li f’kull stadju tar-rapport ħadu l-pożizzjoni ta’ Malta. L-MEPs tal-PN ivvotaw kontra li jissaħħaħ il-prinċipju tal-unanimità u favur li l-istituzzjonijiet Ewropej jindaħlu lil dawk finanzjarji ta’ pajjiżna. Dan jurih il-vot anness u issa li nqabdu l-MEPs tal-PN ma jistgħux jaħarbu l-fatti. Bl-aġir tagħhom heddew l-impjiegi.