Wara li nġabru kważi kwart ta’ miljun ewro f’donazzjonijiet, ġie inawgurat is-santwarju ġdid tal-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati (AAA) f’Birżebbuġa. Dan il-post jilqa’ fih u jieħu ħsieb madwar 100 kelb, u ngħata lill-AAA mill-Gvern wara li ma setgħux jibqgħu fil-post l-antik fil-Marsa.
Fl-inawgurazzjoni, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja li s-sit viċin il-Port Ħieles seta’ faċilment ingħata lil xi intrapriża, inħass il-bżonn li għaqda bħall-AAA li tagħmel tant xogħol b’għan nobbli għanda jkollha post diċenti minn fejn topera. Fakkar fil-ħidma li għamel dan il-Gvern fosthom il-pieni iżjed ħorox għall-moħqrija tal-annimali, u liġijiet biex kelb ma jinżammx marbut biċ-ċinga.
Francesca Rancie, waħda miż-żewġ persuni inkarigati mill-post, saħqet li mingħajr l-għajnuna ta’ diversi kumpaniji – kemm finanzjarja kif ukoll għajnuna oħra, dan is-santwarju kien jibqa’ biss ħolma. Hija rringrazzjat lill-Prim Ministru u lill-Gvern talli tahom din l-art. Saħqet li l-pass li jmiss hu li dan is-santwarju isir self sufficient fi żmien sentejn.
Is-santwarju huwa mgħammar bi klinika u mejda tal-operazzjonijiet. Fih ukoll faċilitajiet oħra bħal gaġeġ speċjalizzati u kbar għal mitt kelb u kwarantina.
Huma madwar tletin il-voluntiera li jagħmlu xogħol bla ħlas u jiddedikaw ħinhom b’tant imħabba fis-santwarju.
Proud we helped Association for Abandoned #Animals get a new home after they were evicted a few months ago. Government provided premises and works to supplement efforts by wonderful volunteers -JM pic.twitter.com/CgkD4lzKog
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) May 11, 2019