Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar il-bini ta’ ‘pitch’ ġdid tal-‘waterpolo’ f’Marsaskala. F’konferenza tal-aħbarijiet, Dr Muscat qal li l-pixxina l-ġdida se tiġi żviluppata fiż-żona magħrufa bħala tas-‘Siberia’ li tinsab eżattament in-naħa l-oħra tal-pitch eżistenti.
Fl-istess konferenza s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima qal li din il-faċilità ħa tkun ta’ livell internazzjonali fejn jista’ jintlagħab logħob tal-waterpolo kif u taħriġ tal-għawm.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta s-Sur Mark Cutajar qal li l-faċilità ħa tkun mgħammra bl-aħħar teknoloġija favur l-ambjent f’dak li għandu x’jaqsam mat-tisħin u l-ħażna tal-ilma.
Min-naħa tiegħu l-President ta’ Marsaskala Waterpolo club s-Sur Aaron Simson enfassiza fuq il-bżonn lill-gvern ikompli jinvesti f’dan l-isport hekk kif qed issir iżjed popolari.