Lara Comi, hi membru tal-Parlament Ewropew Taljana li hi wkoll biċċa waħda mal-MEP Nazzjonalista David Casa. Tant li Casa ġabha Malta tgħallimna fuq ir-rule of law u kontinwament juża l-‘endorsemnts’ tagħha fuq il-midja soċjali.
Fl-imgħoddi Comi diġà kellha mdendla fuqha każi li juru kif ma tantx tista’ tagħti lezzjonijiet fuq ir-rule of law u fl-aħħar sigħat faqqa każ serju ieħor li hi fil-qalba tiegħu. L-MEP tal-Partit Laburista Alfred Sant, iffaċċja lil Casa b’dan meta kienu qed jidibattu f’Xarabank, b’Casa deher mifxul hekk kif għal darb oħra l-kredibbiltà tiegħu ħadet daqqa ’l isfel. Kumpaniji ta’ Comi jinsabu f’nofs investigazzjoni tal-Pulizija Taljana, anke jekk hi qiegħda tiċħad li involuta b’xi mod f’dan il-każ ta’ ftehimiet fuq tpartit ta’ ħatriet u konsulenzi li jlaħħqu flejjes kbar.
Tant hu serju l-każ li b’rabta miegħu diġà kien hemm l-arrest ta’4 3 persuna. Lara Comi ssemmiet f’konverżazzjonijiet li għandha l-Pulizija Taljana b’nies protagonisti jistaqsu fix waslu l-ftehimiet li fihom kellha x’taqsam hi.
Meta kien f’Xarabank David Casa ma lissinx kelma waħda kontra min jinsab fil-qalba ta’ dan l-iskandlu u Alfred Sant fakkru li s’issa qed jieħu pjaċir bil-filmat tagħha fuq facebook tgħamillu l-endorsements u saħansitra teħodlu r-ritratti fil-Parlament Ewropew meta kien qed jitkellem kontra pajjiżna.
Lara Comi hija wkoll ħabiba ħafna ta’ Simon Busuttil u kienet fost numru ta’ MEPs maqbuda fi skandlu ta’ ħlasijiet.
Tant li kellha trid trodd €126,000. Bħalha għandu allegazzjonijiet serji David Casa fejn whistleblower tkellem dwar kif qed juża l-flus tal-Parlament Ewropew għat-tħaddim tal-uffiċċju u l-impjegati biex idaħħal kemxa tajba.
Eks impjegat tiegħu sostna li l-MEP Nazzjonalista allegatament alloka aktar minn €100,000 f’paga għalih mingħajr qatt ma jirċievi l-ammont kollu.
Dan hekk kif huwa jistqarr li fl-2009 daħħal biss bejn €35,000 u €40,000 bil-bqija tal-flus baqgħu miżmuma fl-uffiċċju ta’ Casa. Whistleblower ukoll tkellem dwar l-użu u t-tixrid ta’ droga mingħand David Casa li ffaċċjat minn dawn l-akkużi serji qatt ma talab investigazzjoni dwaru.