Il-Partit Nazzjonalista ma jridx li l-ġurnalisti jistaqsu l-mistoqsijiet li jixtiequ waqt il-konferenzi tal-aħbarijiet.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet is-sibt filgħodu, staqsejna lid-deputat nazzjonalista Ivan Bartolo jekk jaqbilx ma Pierre Portelli, l-id illeminija tal-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u d-direttur tal-midja nazzjonalista, li fil-qorti daħħal dokumenti iffalsifikati u issa qiegħed jgħid li m’għandux minn xiex jistħi.
Portelli kien wieħed mill-protagonisti, flimkien mad-Daphne Caruana Galizia u l-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil, li għamlu gidba iffabrikata fil-konfront tal-Prim Ministru meta qalu li Egrant hija tiegħu u ta’ familtu.
Ivan Bartolo ma kienx jaf x’se jaqbad iwieġeb dwar l-ikbar gidba li saret fl-istorja politika. Mill-ewwel qabzet impjegat tal-Partit Nazzjonalista u qaltilna li irdu nsaqsu fuq is-suġġett tal-konferenza tal-aħbarijiet.
Bartolo irrepeta dak li qalet l-impjegat tal-Partit Nazzjonalista u qalilna biex nsaqsuh biss dwar l-akkomodazzjonij soċjali.
Intant matul il-konferenza stampa ħareġ li l-Partit Nazzjonalista m’għandu ebda proposta dwar l-akkomodazzjoni soċjali.
Id-deputat nazzjonalista Ivan Bartolo qal dan fl-stess ġimgħa li l-Gvern ħabbar li se jżied l-appartamenti għall-housing soċjali minn elf u mitejn, għal elf u sebgħa mija li tfisser żieda ta’ tnejn u erbgħin fil-mija appartament ta’ housing socjali. Dan wara li fl-2013, Gvern Nazzjonalista ħalla aktar minn tlett elef ruħ jistennew post ta’ akkomodazzjoni soċj