Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia huwa kontra l-investiment li qiegħed issa fit-toroq ta’ pajjizna b’investiment ta’ seba mitt miljun ewro.
Investiment li fi kliem Adrian Delia qiegħed issa biex pajjizna imur għall-agħar.
Delia għamel din id-dikjarazzjoni meta indirizza lill-partitarji nazzjonalisti fiz-Zurrieq.
L-attività tal-Partit Nazzjonalista saret barra l-kazin nazzjonalista taz-Zurrieq.
Il-Kazin li d-deputat nazzjonalista Toni Bezzina qabbad ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħol fih mingħajr ħlas. Bezzina ġiegħelhom ukoll jiffirmaw dikjarazzjoni falza li mhux vera wettqu dawn ix-xogħlijiet.
Fis-sentenza tal-appell l-Imħallef Anthony Ellul sostna li dan mhux il-mod kif isiru l-affarijiet u l-ħaddiema kellhom jitħallew ħielsa li jagħmlu dikjarazzjoni huma. Sostna li l-ħaddiema ffirmaw u kkonfermaw id-dikjarazzjoni bil-ġurament kontra qalbhom. L-Imħallef qal li Toni Bezzina għandu jagħraf li żbalja u inqas jagħmilha tal-vittma jkun aħjar.
Izda Adrian Delia huwa komdu b’Toni Bezzina, li ġiegħel ħaddiema jiffirmaw dikjarazzjoni falza, u l-ġimgħa filgħaxija għanqu miegħu tant li ddikjara li m’għandu jerfa’ ebda responsabbiltà ta’ dan l-għemil li ġie ċċensurat bil-qawwa mill-qorti.