Anzjana Ġappuniża ta’ 71 sena ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-14:00 fi Triq Manuel Dimech, tas-Sliema. Il-Pulizija marru minnufih fuq il -post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara Ġappuniża ta’ 71 sena kienet sofriet xi ġrieħi wara li ntlaqtet minn vettura tal-għamla Smart misjuqa minn mara ta’ 27 sena residenti l-Fgura.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.