Żieda fis-servizzi ta’ respite għall-anzjani – One News

Notifiki

Żieda fis-servizzi ta’ respite għall-anzjani

Permezz ta’ sħubija bejn il-Gvern u l-privat se jkomplu jiżdiedu s-sodod li joffru ftit serħan għal ftit jiem lill-familji li jieħdu ħsieb l-anzjani.

Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, waqt konferenza stampa f’Residenza San Ġużepp fil-Fgura.

L-għadd ta’ sodod tar-respite issa se jiżdied  b’ħamsa għal 39 sodda u waqt li s-sodod għas-servizz ta’ matul il-lejl se jiżdiedu għal sebgħa u tletin.

Is-servizz respite jiġi offrut b’xejn għal tliet ġimgħat matul is-sena u jista’ jiġġedded skont il-ħtieġa, filwaqt li l-anzjani li jagħżlu li jibqgħu jgħixu fil-komunità, iżda li jixtiequ li jagħmlu użu mis-servizz ta’ matul il-lejl, iħallsu biss żewġ ewro għal kull lejl.

Agius Decelis qal li aktar ma l-Gvern joffri servizz ta’ respite b’saħħtu, aktar ikollna sitwazzjoni ideali għall-anzjani li jagħżlu li jibqgħu jgħixu fil-komunità.

Huwa żied jgħid li matul is-sena li għaddiet, madwar mitejn u sebgħin anzjan għamlu użu mis-servizz ta’ respite , filwaqt li tlieta u disgħin oħra bbenefika mis-servizz ta’ matul il-lejl.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend