Ryan Cefai Mercieca, uffiċjal tal-Partit Nazzjonalista u membru fi ħdan il-Kulleġġ Kunsilliera Lokali fi ħdan l-istess partit, inqabad jikkopja t-teżi tad-dottorat tiegħu.
Irraporta dan is-sit Lovin Malta hekk kif intqal li l-Fakulta tal-Arti fi ħdan l-Università ta’ Malta u l-Bord Dixxiplinarju tal-Università mmexxi mill-Prof. Nicholas Vella sab li 75% tat-teżi tad-dottorat tal-ex kandidat fuq it-13-il distrett, kien ikkupjat.
Dan l-istess bord saħansittra sab paġni sħaħ ikkupjati.
B’riżultat ta’ dan il-bord iddeċieda li Mercieca, li huwa wkoll lettur fi ħdan l-Università, għandu jiġi mkeċċi minn student fi ħdan l-istess istituzzjoni u li għandu jitħalla jerġa jidħol wara li jgħaddu 3 snin fuq approvazzjoni tas-Senat.
It-teżi tad-dottorat tiegħu ġie wkoll annullat.
Dan juri biċ-ċar il-gravità ta’ dan il-każ. Filfatt dan kien l-ewwel każ ta’ kkupjar li jinvolvi student tad-dottorat f’bosta snin ġewwa l-Università ta’ Malta
Isem Mercieca tneħħa wkoll mill-lista ta’ letturi fi ħdan id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Barranin.