Spazju miftuħ ġdid għall-familji f’Birkirkara – One News

Notifiki

Spazju miftuħ ġdid għall-familji f’Birkirkara

Il-Ġimgħa filgħaxija l-Ministru Chris Cardona flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara inawguraw spazju miftuħ ġdid f’żona li qabel kienet tinsab fi stat ta’ abbandun.

Dan il-ġnien li ngaħta l-isem ta’ Ġnien il-Ħaddiem minħabba l-mijiet ta’ ħaddiema li jgħaddu minnu kull ġimgħa ġie ffinanzjat mis-Central Buisness District flimkien mal-kumpanija Farsons.

Dan l-proġett li sewa €600,000 qed jinkorpora fih numru ta’ passaġġi għall-mixi, żona għall-klieb u bandli għat-tfal fejn ikunu jistgħu jilgħabu f’post sigur. Mad-dawra tal-ġnien inbena ilqugħ sabiex ikompli jtejjeb is-sigurta taż-żona.

Is-Sindku ta’ Birkirkara Joanne Debono Grech laqgħet dan il-proġett u spjegat kemm huwa sabiħ li ġnien bħal dan jista’ jitgawda minn kulħadd fosthom il-ħaddiema li jaħdmu fl-industrija, kif ukoll ir-residenti li joqogħdu fil-viċin u li forsi mhux dejjem raw l-industrija b’mod favorevoli.

Waqt l-intervent tiegħu l-Ministru Chris Cardona qal li l-ġonna, speċjalment f’komunità urbana bħal ta’ Birkirkara, jipprovdu spazju għar-rikreazzjoni, l-iżvilupp tal-komunità, u jgħinu biex itaffu l-effett tas-sħana.

Spjega li f’dinja mgħaġġla bħal tal-lum spazji miftuħa fejn il-familji jistgħu iqattgħu l-ħin flimkien qed isiru aktar popolari. Cardona tenna li meta ninvestu fl-ambjent, nkunu qed ninvestu fin-nies.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend