Raġel isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fis-Siġġiewi – One News

Notifiki

Raġel isofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fis-Siġġiewi

Raġel ta’ 35 sena sofra minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll bil-mutur fis-Siġġiewi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:00 ta’ filgħaxija fi Triq Ta’ Bur il-kbir fis-Siġġiewi meta r-raġel mill-Għarb Għawdex tiled il-kontroll tal-mutur tat-tip Hyosung u nqaleb.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar fejn aktar tard ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend