Libjan li nstab b’20,000 dollaru Amerikan fuqu fl-Ajruport ta’ Malta ma tressaqx il-Qorti wara li daħal f’arranġament mad-Dipartiment tad-Dwana u radt lura f’ekwivalenti tad-differenza bejn $20,000 u €10,000.
Dan għamlu sabiex jevita li jitressaq il-Qorti u eventwalment jeħel multa. Dan seta jsir permezz ta’ liġi sussidjarja li daħlet fis-seħħ fl-aħħar ġimgħat.
Il-liġi tgħid li jekk passiġier jinqabad b’inqas minn €20,000 fi flus kontanti u aktar minn €10,000 fl-ajruport ta’ Malta, jista’ jagħmel arranġament mal-istess Dipartiment.
Intant, il-Libjan inqabad il-Ħamis filgħodu meta l-uffiċjali tad-Dwana mit-taqsima ta’ kontra l-ħasil tal-flus u l-infurzar għamlu diversi tfittxijiet fl-Ajruport
Internazzjonali ta’ Malta, fejn sabu fuqu aktar minn 20,000 dollaru. L-uffiċjali tad-Dwana kienu qed jagħmlu tfittxijiet qabel titjira lejn Tuneż.