Id-Dipartiment tad-Dwana qed jilqa’ offerti għall-bejgħ ta’ vettura tal-għamla BMW, li hi fost l-aktar mudelli BMW rari. Il-karozza li hi BMW Alpina C1, right hand-drive, inbniet fil-bidu tas-snin tmenin. Hija ġġib in-numru 1781 minn edizzjoni limitata ta’ produzzjoni, li fil-maġġoranza tagħhom ħarġu left-hand-drive, u b’hekk hija iżjed rari.
Il-karozza għadha tipposjedi wkoll l-aċċessorji oriġinali kollha tagħha.
Iżda apparti din il-karozza, id-dipartiment tad-Dwanna qed jilqa’ offerti għal diversi oġġetti oħra fosthom żewġ vetturi tat-tip Fordi Sierra Sapphire Cosworth u Mecedes Benz 116, flimkien ma’ ġojjellerija tad-deheb, għadd ta’ żraben, kutri u gvieret flimkien ma’ sockets tal-plastik.
Il-bejgħ bl-offerta’ se jsir nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu 2019, f’nofsinhar.
Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mit-Tnejn 25 ta’ Marzu 2019 sa dakinhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju 2019, f’nofsinhar). L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa.
Aktar informazzjoni dwar il-kobor ta’ kull lott jinstabu fuq il-formola tal-offerta’ li tista’ tinkiseb minn Newport Bonded Stores, il-Marsa (‘il ġewwa mit-Tinda tal-Patata)
Il-ħinijiet tal-wiri huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-1230pm u t-3.30pm. Kull offerent għandu jippreżenta karta tal-identita’ jew passaport valida/u.