Anzjana ta’ 86 sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza f’San Ġwann stess.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-14:00 ta’ waranofsinhar fi Triq in-Naxxar, San Ġwann. Minn stħarriġ li sar irriżulta li mara ta’ 40 sena li toqgħod San Ġwann kienet qed issuq vettura tal-għamla Land Rover Freelander u għal xi raġuni laqtet lill-anzjana.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Charmaine Galea li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.